It-Tużell ta’ Santa Marija
It-tużell tal-festa ta’ Santa Marija jitla’ mtajjar fuq l-artal maġġur bħal ħolma mdehba tal-Arka tal-Patt.
Hu kreazzjoni sublimi bi skultura mill-ifjen imserrħa fuq gwarniċċun li trid seba’ għajnejn biex tarah. Il-patalotti tal-canavazzo d’oro li jkanġi bil-ħjut tad-deheb fin-nisġa huma maħduma bir-rakkmu mqabbeż b’forma ta’ bukkettuni tal-ġilju bħallikieku maħduma minn idejn l-anġli. Il-ġmiem ilhom jitbandlu ma’ kull żiffa li taħrab mit-twieqi tal-koppla f’dak l-għoli tal-Kor mill-1905 minn meta Antonio Abdilla kompla żejnu fi tripudju ta’ putti u ġilju tal-wied imxebblek hieni bil-monograma l-aktar għażiż b’dawk l-ittri “A” u “M” mgħannqa flimkien fit-trijonf tal-isbaħ sejħa, dik tal-“Ave Maria”.
Ta’ kull sena jitla’ u jinżel mill-art sas-saqaf tal-kor addulċit bil-pittura ta’ Ġanni Vella permezz ta’ sistema ta’ ħbula miġbuda mid-dirgħajn t’ulied l-Assunta, b’muvimenti u strateġiji li ma nbiddlu qatt mill-imgħoddi l-aktar bikri.
Morbi vel tincidunt neque. Aenean consectetur maximus tristique. Sed nunc sem, maximus ac diam vel, pretium condimentum turpis.Orci varius natoque penatibus et magnis dis parturient montes, nascetur ridiculus mus. In at tincidunt libero. Sed et sem luctus, iaculis ligula ut, luctus quam. Sed at tortor id leo cursus sagittis eu quis purus. Sed iaculis leo tempus erat mollis, quis imperdiet ante lacinia. Nulla condimentum quam id orci ornare blandit. Pellentesque vitae dui tincidunt libero pretium interdum. Nulla ut metus in turpis laoreet egestas in a lectus. Praesent a eros dui. Quisque accumsan mauris est, sit amet laoreet justo pellentesque sed. Phasellus augue urna, vehicula a volutpat pretium, commodo eget nisi. Mauris non odio erat.