Skip to content

Karnival

Ir-Renju tal-Bluha:

: Il-Karnival spontanju f’Ħal Għaxaq

Hu bħal ritwal ta’ passaġġ fil-bidu tal-kalendarju tas-sena, fil-qalba tax-xitwa.

Hi splużjoni ta’ kull sena fil-misraħ tar-raħal, tliet ijiem qabel Ras ir-Randan. Briju u tbaħrid hekk kif il-folla xalatura ta’ maskarati timbotta ’l hemm u ’l hawn fi Pjazza Santa Marija. U bħal ċediment tas-sens komun u kull sens ta’ kontroll, kważi bħal żvugatura qabel il-bidu tal-40 jum tar-Randan li miegħu jġib l-idea tal-penitenza, sawm u ċaħda. F’dawk il-jiem il-bluha u t-tmelliħ jieħdu kontroll tar-raħal kwiet. Dawn huma ljieli mqanqla bil-maskarati jiġġerrew f’purċissjoni makabra bħal interpretazzjoni tal-paradoss tal-ħajja. Il-faxxinu tal-biża’ mill-mewt u d-dilemmi tal-ħajja ta’ wara. Il-waħx tal-paranormal jitbewwes mal-viżjoni tal-primittiv fis-sesswalità tal-bniedem. Il-kunflitti bejn is-sessi u l-kruhat tal-aktar partijiet oskuri fl-inkonxju tal-bniedem jitgħannqu fil-pjazza.

Il-Granmastru Piero del Ponte jista’ jinżamm responsabbli għall-introduzzjoni tal-karnival ġewwa l-Belt Valletta fl-1535. Aal-lum hemm baħħ totali storiku fuq kif żvolġa dan il-fenomenu purament Għaxqi. Hu Karnival li rnexxielu jsalva tul is-snin b’perjodi fejn il-popolarità tiegħu kellha t-tlugħ u l-inżul tagħha. Il-fatt hu li flimkien mal-karnival tewmi miegħu ġewwa n-Nadur Għawdex huma l-uniċi eżempji li baqa’ ta’ karnival spontanju Malti jew l-eqreb format ta’ karnival kif jiftakruh dari. Riċerka akkademika f’dan il-qasam tista’ tiswa mitqlu deheb.

Fl-istess ħin dan iċ-ċpar u ċlampu storiku dwar l-oriġini tal-karnival Għaxqi jkompli jsaħħaħ is-sens ta’ mistiċiżmu b’dak in-nuqqas ta’ definizzjoni u b’dik is-sbuħija tipikament selvaġġa tiegħu.

Morbi vel tincidunt neque. Aenean consectetur maximus tristique. Sed nunc sem, maximus ac diam vel, pretium condimentum turpis.Orci varius natoque penatibus et magnis dis parturient montes, nascetur ridiculus mus. In at tincidunt libero. Sed et sem luctus, iaculis ligula ut, luctus quam. Sed at tortor id leo cursus sagittis eu quis purus. Sed iaculis leo tempus erat mollis, quis imperdiet ante lacinia. Nulla condimentum quam id orci ornare blandit. Pellentesque vitae dui tincidunt libero pretium interdum. Nulla ut metus in turpis laoreet egestas in a lectus. Praesent a eros dui. Quisque accumsan mauris est, sit amet laoreet justo pellentesque sed. Phasellus augue urna, vehicula a volutpat pretium, commodo eget nisi. Mauris non odio erat.

Newsletter

Join our mailing list to get fresh content delivered to your inbox.