Ċelebrazzjoni tal-komunità
Il-Marċ ta’ Filgħodu
Xejn ma jagħti sens ta’ ferħ u briju daqs il-marċ ta’ filgħodu f’jum xemxi ta’ Awwissu! Il-miġemgħa ta’ nies kollha lebsin blu bi stilel b’sitt ponot ikantaw mal-innijiet brijużi u jqabblu bejn innu u ieħor huma l-veri protagonisti f’dan l-avveniment maħbub f’jum il-festa.
Hu marċ bħal ċelebrazzjoni tal-kommunità li tkompli ġġedded il-patt antik tal-15 ta’ Awwissu f’ċelebrazzjoni eżaltata fejn l-Għaxqin jinżlu fil-misraħ quddiem it-Tempju biex jagħtu ġieħ lill-Patruna.
Dan ix-xenarju kontemporanju għandu konnessjonijiet li jidħlu fin fin fin-nisġa tal-imgħoddi meta kienu jiġu organizzati l-festi kampestri f’ġieħ l-Assunta lura f’nofs is-seklu 16 minn Ġanni Mangion, il-prokuratur tal-kappella magħrufa bħala Santa Marija ta’ Awwissu. Dik il-kappella, mibnija fl-1511, eventwalment kellha togħla għad-dinjità ta’ Knisja Parrokkjali meta r-raħal ġie ddikjarat bħala Parroċċa apparti miż-Żejtun mill-Isqof Cagliares. F’nhar il-festa ta’ Santa Marija, wara l-quddiesa, Mangion kien iqassam frott u nbid lir-raħħala li jkunu attendew għall-festi f’ġieħ l-Assunta. Dan hu kollu miktub minn Monsinjur Pietro Dusina, Inkwiżitur u delegat Apostoliku mibgħut mill-Papa Gregorju XIII, wara l-viżti tiegħu fil-Parroċċi u l-Kappelli kollha tal-gżejjer maltin.
Jekk Dusina wera ruħu ferm sodisfatt miċ-ċelebrazzjonijiet rustiċi offruti minn Mangion bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet f’ġieħ l-Assunta, wieħed jista’ biss jaħseb xi jkollhom jgħidu l-istess Dusina u Mangion li kieku jkollhom isibu ruħhom fi Pjazza Santa Marija nhar il-festa tal-Assunta.
Morbi vel tincidunt neque. Aenean consectetur maximus tristique. Sed nunc sem, maximus ac diam vel, pretium condimentum turpis.Orci varius natoque penatibus et magnis dis parturient montes, nascetur ridiculus mus. In at tincidunt libero. Sed et sem luctus, iaculis ligula ut, luctus quam. Sed at tortor id leo cursus sagittis eu quis purus. Sed iaculis leo tempus erat mollis, quis imperdiet ante lacinia. Nulla condimentum quam id orci ornare blandit. Pellentesque vitae dui tincidunt libero pretium interdum. Nulla ut metus in turpis laoreet egestas in a lectus. Praesent a eros dui. Quisque accumsan mauris est, sit amet laoreet justo pellentesque sed. Phasellus augue urna, vehicula a volutpat pretium, commodo eget nisi. Mauris non odio erat.