Ftuħ taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Gimgħa Mqaddsa
Il-Purċissjoni ta’ Ħadd il-Palm
Morbi vel tincidunt neque. Aenean consectetur maximus tristique. Sed nunc sem, maximus ac diam vel, pretium condimentum turpis.
Ir-raħal ta’ Ħal Għaxaq jiftaħ il-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-gżejjer Maltin bil-Purċissjoni ta’ Ħadd il-Palm. Pjazza Santa Marija u t-triqat tal-madwar jservu ta’ sfond għad-drama ta’ purċissjoni bis-sett ta’ statwi u l-personaġġi bibbliċi.
Il-purċissjoni għandha bidu bikri bil-miġja tal-qabar monumentali fl-1765, maħdum f’Ruma, magħruf appuntu bħala l-Monument. Il-bqija tal-istatwi li jirrappreżentaw stadji mill-Via Crucis inħadmu fil-kartapesta minn Mastru Peppi Vella mill-Belt Valletta. Fil-fatt, is-sett ta’ 8 vari tradizzjonali kien b’mod ċar ispirat mis-sett statwi tal-Ġimgħa Kbira miżmum fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesὺ (Ta’ Ġieżu), il-Belt Valletta.
Fis-sena 1908, Karlu Darmanin ħoloq l-istatwa maħduma fil-kartapesta tal-Addolorata bilqegħda taħt is-salib għall-Parroċċa. Biha għalaq il-karriera illustri tiegħu bħala statwarju. Hi figura dinjituża għall-aħħar b’wiċċ in-niket l-aktar kompost li jwassalna naħsbu li dan l-aħħar xogħol kien qisu bħall-mafkar għal martu Anna li ħallietu armel snin qabel. Anna, bint Giovanni Ready and Eleonora Byene, kienet twieldet f’Ħal Għaxaq.
Apparti r-rabta tiegħu mal-armar tal-festa titular, Karmnu Mallia, magħruf bħala “l-Lhudi”, ħadem ukoll il-figura tad-Duluri tal-vara l-kbira u dik tal-Veronika.
Is-Seklu l-ġdid ġab innovazzjonijiet ġodda u bdew jiġu kkummissjunati sett vari ġodda mnaqqxa fl-injam, xogħol l-artist il-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi.