Skip to content

Ghaxaq Festival ta-Mużika

Mużika fil-qalba tar-raħal:

The Għaxaq Music Festival

Awwissu 2019 immarka l-għoxrin anniversarju mill-varar tal-ewwel festival mużikali mtella’ f’Ħal Għaxaq.

Festival li jmiss il-qlub għax hu ċelebrazzjoni ta’ komunità f’esperjenza ta’ kollettività sħiħa fejn kulturi, razez, reliġjonijiet u diversità varji jiltaqgħu f’sens ta’ fraternità waħda.

Kien kunċett sempliċi iżda mill-aktar innovattiv. L-idea kienet dik li jiġi offrut aċċess lill-pubbliku ġenerali għal mużika ta’ kwalità minn artisti ta’ fama fuq skala internazzjonali. L-idea ġiet ibbażata fuq il-ħsieb li l-qalba tar-raħal isservi ta’ xenografija mhux tas-soltu għal dawn it-tip ta’ kunċerti fil-quċċata ta’ sajf sħun malti. Dan il-ħsieb kien kuntrast qawwi għall-avvenimenti mużikali tal-massa li dejjem jittellgħu fl-istess postijiet, bl-għażla verament mhux solita ta’ raħal tipiku Malti bħala meta mużikali.

L-istess festival kellu l-element ġenjali li apparti li jirriċerka talent mużikali internazzjonali b’mod li jiġu mwassla f’pajjiżna, kien ukoll joħloq l-opportunità tad-deheb lil talent mużikali Malti tal-mument li jkollu ċ-ċans għal pedana u udjenza kbira fejn jkun jista’ juri x’jaf.

Din it-taħlita fejn lok mhux tas-soltu ’l-bogħod mill-inħawi tas-soltu, li jwassal għall-spettaklu b’artisti mill-aqwa, kienet riċetta li rnexxiet bil-kbir. Il-pubbliku fisser is-suċċess bla qies ta’ din il-formula innovattiva għal pajjiżna. L-attendenza massiċċa u l-kummenti ta’ tifħir fuq il-midja nazzjonali kienu indikazzjoni tajba ta’ kemm dan l-ewwel festival f’Ħal Għaxaq kien mess il-polz tal-poplu.

Iżda mhux biss. Apparti li kien fenomenu ta’ komunità, kien ukoll strateġija ta’ pubbliċità bi promozzjoni soda li kienet kapaċi tolqot ukoll is-settur turistiku li f’dak il-perjodu jkun għaddej b’saħħa f’pajjiżna. It-turisti mhux biss waslu sal-miġemgħa tal-festival iżda terqu bi ħġarhom fit-toroq, fll-pjazez u l-isqaqien Għaxqin armati bil-lest għall-festa tar-raħal b’mod li ġew imħajra jiskopru Malta oħra aktar vera, u forsi anqas ippubliċizzata.

In sinteżi, l-essenza ta’ dan il-proġett kien proprju dan: festival mifrux fuq jumejn b’ġurnata għall-artisti Maltin u l-gran final bl-artisti ta’ fama mondjali. Kollox fl-isfond ta’ raħal Malti armat għall-festa mdawwar qaqoċċa mal-Knisja barokka mdawla b’elf bozza ta’ kull lewn.

Hu festival li jmiss il-qlub għax hu verament iċ-ċelebrazzjoni ta’ komunità f’esperjenza ta’ kollettività sħiħa fejn kulturi, razez, reliġjonijiet u diversità varji jiltaqgħu f’sens ta’ fraternità waħda.

U dan kollu dejjem f’isem il-mużika!

Kronoloġija tal-kunċerti:

1999Freddie Portelli together with a Live Band
2000 Maltese singers and dance companies
2001Maltese singers and dance companies
2002This year all events and the actual village festa were cancelled due to an accident at the St.Mary’s Fireworks Factory
2003Maltese singers and dance companies
2004Maltese singers and dance companies
2007Maltese artists accompanied with Joe Brown’s live Band
2008Day 1 Joe Brown Band Live
Day 2 Tracey Shields (Celine Dion Tribute Show)
2009Day 1 Joe Brown Band Live + Maltese Artists
Day 2 Queen Rhapsody UK Live in concert
2010Day 1 MIB live concert (Joseph Armani + DJ Ruby live with orchestra with the participation of top local artists)
Day 2 ABBA UK live in concert
2011Day 1 MIB Edition 2 live concert(Joseph Armani + DJ Ruby live with orchestra with the participation of top local artists)
Day 2 Queen Rhapsody UK live in concert
Day 3 Boney M (The Original)
2012Day 1 Tribali
Day 2 Smokie (The Original)
2013Day 1 Airport Impressions & Ira Losco Live in concert
Day 2 Johnny Logan Live with orchestra under the direction of Mro. Joe Brown
2014Day 1 Tribali
Day 2 Robbie Williams Tribute Band
Day 3 Gaia, Federica & Friends in Concert. Special guests from Italy Vincenzo Carni & Marco Vito
2015Day 1 The Riffs , Nakara Project
Day 2 Versatile Band in Concert
Day 3 The Italian Dire Straits (Tribute Band)
2019Day 1 Coldplay UK Tribute Band
Day 2 Smokie (The original band)
2020UB40 (This edition was cancelled due to the restrictions related to public events due to the global Covid-19 pandemic)

Newsletter

Join our mailing list to get fresh content delivered to your inbox.