Dieħel f’Ħal Għaxaq, raħal żgħir fix-Xlokk ta’ Malta.
Raħal bħal kapsula taż-żmien maqbud fit-tinjiet tal-istorja.
Ħalli d-dinja warajk. Għal ftit waqtiet insa’ l-mument t’issa. Terraq għal għonq l-isqaqien dojoq u t-toroq imserrpa ta’ dan ir-raħal kwiet u ċkejken. Ħalli lil moħħok bħal f’wiċċ l-ilma. U lil ruħek ħallieha tmur għal riħha.
Għix iċ-ċelebrazzjoni. Ħu sehem fir-ritwal. Erġa’ għix il-mument eżatt kif kien. Ħoss il-ferħ.
Xtarr is-sinifikat tal-ħajja hekk kif kollox iseħħ fit-tejatru tal-misraħ ta’ dan ir-raħal mal-madwar tal-Maqdes b’ġebel dehbi.
Kollox jissawwar bl-istorika Għaqda Mużikali Santa Marija viġilanti, xhud mill-1873 minn meta kollox beda’ minn żmien ‘il bogħod.
L-Aħħar Avviżi