Stqarrija Uffiċjali
Il-President u l-Kumitat Centrali f’isem il-Kummissjonijiet u Sotto-Kumitati, Soċi u l-Partitarji kollha fi ħdan l-Għaqda Mużikali Santa Marija, jesprimu s-sogħba għall-mewt tal-maħbub President Onorarju Vince Bezzina; li seħħet qasir il-għomor il-bieraħ il-ħamis, 24 ta’ Settembru kkonfortat mis-Sagramenti. Bezzina kien kaxxier u fuq kollox President tas-Soċjeta għal bosta snin. Għal snin sħaħ kien bħall-pern Dejjem preżenti, dejjem attent għas-saħħa u l-polz tal-Għaqda. Kien il-gentlom li jifittxu kulħadd f’kull saram, f’kull għelt li mas-snin jinbtu fil-hajja ta’ partit attiv.
Ghed nistennewk Awissu…
Memorji – Xeni mill-Kunċert il-Kbir, tal-11 t’Awwissu, 2015
Mistiedna speċjali: Destiny Chukunyere!
Din il-performance flimkien mal-Banda Santa Marija timmarka fost l-ewwel passi professjonali fil-karriera ta’ din il-kantanta wara r-rebħ tal-Junior Eurovison 2015 bil-kanzunetta “Not My Soul”.
Iż-żmien ta raġun lid-Delegazzjoni Banda tagħna li mall-ewwel fehmu t-talent ta’ dik it-teenanger! llum Destiny saret interpreti kompluta b’wegħda ta’ futur artistiku mill-aqwa. Hi ser tkun qed tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest 2021 ġewwa Rotterdam bid-diska “Je Me Casse”.
Minn qalbna nawgurawlha kull suċċess, fama u risq!