Stqarrija Uffiċjali

Il-President u l-Kumitat Centrali f’isem il-Kummissjonijiet u Sotto-Kumitati, Soċi u l-Partitarji kollha fi ħdan l-Għaqda Mużikali Santa Marija, jesprimu s-sogħba għall-mewt tal-maħbub President Onorarju Vince Bezzina; li seħħet qasir il-għomor il-bieraħ il-ħamis, 24 ta’ Settembru kkonfortat mis-Sagramenti. Bezzina kien kaxxier u fuq kollox President tas-Soċjeta għal bosta snin. Għal snin sħaħ kien bħall-pern Dejjem preżenti, dejjem attent għas-saħħa u l-polz tal-Għaqda. Kien il-gentlom li jifittxu kulħadd f’kull saram, f’kull għelt li mas-snin jinbtu fil-hajja ta’ partit attiv.

Recommended Posts